Fondazzjonijiet irreġistrati
Lista ta' Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej irreġistrati
Id-dokumenti li ġejjin jinkludu l-ismijiet u l-istatuti tal-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej irreġistrati kollha, flimkien mad-dokumenti ppreżentati bħala parti mill-applikazzjonijiet tagħhom għar-reġistrazzjoni.
Reġistru ta' fondazzjonijiet politiċi Ewropej
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u l-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/2401, l-Awtorità tamministra Reġistru tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u toħroġ estratti standard. Persuni fiżiċi u ġuridiċi jistgħu jitolbu estratti standard mir-Reġistru billi jikkuntattjaw l-indirizz tal-posta elettronika hawn taħt u jimlew formola ta' talba sempliċi (illinkjata hawn taħt). Estratti standard jiġu pprovduti fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta tasal it-talba.
L-Awtorità tista' tipprovdi wkoll ċertifikazzjoni tal-informazzjoni li tinsab fl-estratti standard lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-Unjoni, lill-awtoritajiet u lill-qrati tal-Istati Membri, kif ukoll lil persuna fiżika jew ġuridika, fejn dan ikun meħtieġ għal proċeduri legali jew amministrattivi u wara li jkun ġew ippreżentati talbiet motivati kif xieraq. Biex tikseb ċertifikazzjoni, jekk jogħġbok segwi l-istess proċedura stabbilita hawn fuq rigward estratti standard u imla formola ta' talba motivata (illinkjata hawn taħt). Il-proċess ta' ċertifikazzjoni jista' jieħu aktar minn 10 ijiem ta' xogħol, skont in-natura tat-talba.