Kumitat ta' persuni eminenti indipendenti
Il-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti huwa korp konsultattiv li jipparteċipa fil-proċeduri ta' verifika tal-Awtorità skont l-Artikoli 10, 10a u 11 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. Huwa magħmul minn sitt membri b'kollox: il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaħtru żewġ membri kull wieħed.
Opinjonijiet
Il-Kumitat ta' Persuni Eminenti Indipendenti huwa involut fi rwol konsultattiv f'ċerti proċeduri ta' verifika li jwasslu għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet fuq il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej.
S'issa ma ngħatat l-ebda opinjoni mill-Kumitat ta' Persuni Eminenti Indipendenti.
S'issa ma ngħatat l-ebda opinjoni mill-Kumitat ta' Persuni Eminenti Indipendenti.