Kif tapplika

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni

L-applikanti li jixtiequ jsiru Partit Politiku Ewropew jew Fondazzjoni Politika Ewropea jistgħu japplikaw għal reġistrazzjoni.

Ladarba jkunu rreġistrati, il-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej igawdu rikonoxximent ġuridiku fl-Istati Membri kollha u jistgħu japplikaw għall-finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha titressaq applikazzjoni għar-reġistrazzjoni lill-Awtorità.

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala Fondazzjoni Politika Ewropea għandha titressaq biss permezz tal-Partit Politiku Ewropew li miegħu l-applikant huwa formalment assoċjat.

Flimkien mal-applikazzjoni għandu jkun hemm:

  • dokumenti li juru li l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1141/2014, inkluża dikjarazzjoni formali standard fil-forma stabbilita fl-Anness tar-Regolament Nru 1141/2014;
  • l-istatuti tal-partit jew tal-fondazzjoni, li jkun fihom id-dispożizzjonijiet meħtieġa mill-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament Nru 1141/2014, inklużi l-annessi rilevanti u, fejn ikun applikabbli, id-dikjarazzjoni tal-Istat Membru tas-sede msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 1141/2014;
  • id-dokumenti meħtieġa skont l-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni Nru 2015/2401 tat-2 ta' Ottubru 2015 dwar il-kontenut u t-tħaddim tar-Reġistru tal-Partiti u tal-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej.

Ladarba titressaq, l-Awtorità se tanalizza l-applikazzjoni sabiex tiddetermina jekk l-applikant jissodisfax il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Awtorità, kemm bil-posta kif ukoll b'mod elettroniku lill-indirizz elettroniku li ma tistax tintbagħtlu tweġiba (no-reply mailbox) msemmi hawn taħt:

Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej

Rue Wiertz 60
1047 Brussels
Belgium

Parlement europeén
67070 Strasbourg
France

Protezzjoni tad-data personali

L-Awtorità tiġbor u tipproċessa informazzjoni personali biss sa fejn ikun meħtieġ biex twettaq il-kompiti tagħha bħala korp tal-Unjoni (li huma stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej).

Id-data personali kollha hija pproċessata skont id-dispożizzjonijiet u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data.

Għal aktar informazzjoni dettaljata, jekk jogħġbok ikkonsulta d-dokumentazzjoni hawn taħt:

Għal aktar mistoqsijiet ikkuntattja lil: